Lokali Saħħa

Iktar sodod fil-kurituri tal-Emerġenza

Ritratti li ksibna proprju ftit tal-ħin ilu juru sodod fil-kurituri tal-isptar Mater Dei, b’pazjenti li suppost qed jinżammu fid-Dipartiment tal-Emerġenza.

Biss, minħabba problemi ta’ spazju, dawn il-pazjenti kellhom jitpoġġew fil-kuritur, b’siparju żgħir jifridhom mill-bqija tal-kurituri tal-isptar, u b’nuqqas kbir ta’ privatezza.