Lokali

Żagħżugħ jinqabad wara li hedded lil ommu bis-skieken

Ftit tal-minuti ilu l-Pulizija ġew imsejħa fuq każ delikat ħafna fi Triq is-Sajf f’Buġibba. Dan wara li żagħżugħ beda jhedded lil ommu, u anke saħansitra dawwar ċintorin madwar għonqha.

Il-Pulizija qed jikkunsidraw din is-sejħa bħala waħda delikata ħafna.

Jidher li t-tifel beda wkoll jhedded lil ommu b’xi oġġetti, inkluż skieken. Malli induna li l-Pulizija kienet ġejja fil-post, iż-żgħażugħ ħarab b’żaqqu barra u mar jistaħba xi mkien fl-akkwati, fejn iktar tard inqabad.

Bħalissa hu jinsab fl-Għassa tal-Qawra, fejn qed jinżamm għal aktar investigazzjoni.

Mhux magħruf eżatt kif żviluppa dan il-każ, għalkemm jirriżulta li ż-żagħżugħ hu magħruf sew mal-Pulizija.