Ritratt : Gianfranco Stellini
L-uniku tifel li kanta fil-Junior Eurovision Song Contest, it-Taljan Vincenzo Cantiello rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena bil-kanzunetta “Tu primo grande amore” hekk kif wara l-votazzjoni kiseb 189 punt. Segwew fit-tieni post il-Bulgarija u l-Armenja fit-tielet post.
Minn naħa l-oħra pajjiżna kiseb ir-raba’ post b’total ta’ 116-il punt għall-kanzunetta ‘Diamonds’ interpretata b’mod stupend mill-Maltija Federica Falzon.
Segwi l-ewwel reazzjonijiet ta’ Vincenzo.
//= $special ?>