L-ISIS tella’ filmat fuq l-internet li juri qtugħ ir-ras ta’ Abdul-Rahman Kassig, ħaddiem umanitarju Amerikan. Il-filmat ukoll juri dak li jidher li hu qtil tal-massa ta’ suldati Sirjani li nqabdu priġunieri.
Fil-filmat, li hu twil madwar 16-il minuta, militant liebes l-iswed b’wiċċu mgħotti, jidher ħdejn ras maqtugħa, u hu qed jgħid li hi tal-ħaddiem Amerikan li kien miżmum bħala priġunier.
Kassig, ta’ 26 sena, kien inħataf matul is-sena li għaddiet waqt li kien qed jipprovdi għajnuna medika lil ċittadini Sirjani. Il-ħbieb tiegħu qalu li Kassig kien ikkonverta għall-Iżlam meta kien priġunier u bidel ismu għal Abdul-Rahman,
//= $special ?>