Ix-xogħol li qed isir fuq il-farmhouse tal-Ministru Helena Dalli u tar-raġel tagħha qed isir mill-kumpanija tal-istess raġel tal-Ministru, il-kumpanija PADA Machinery Company Limited. Ritratti li kiseb dan is-sit filfatt juru l-makkinarju li qed jintuża biex isir dan ix-xogħol.
Helena Dalli u r-raġel, din il-ġimgha qalu li ma kinux jafu bix-xogħol li qed isir fuq il-farmhouse tagħhom. Issa, mhux talli dik ma titwemminx, imma issa, ġie kkonfermat li x-xogħol qed isir mill-ingenji ta’ Patrick Dalli.
Dan kollu jistona għax ma jistax ikun li persuna ma tkunx taf li qed isir ix-xoghol fuq il-farmhouse tagħha u ma tkunx taf li l-kumpanija tagħha stess qed taghmel xogħol fuq il-farmhouse tagħha.