Iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid jinsab fi stat ta’ telqa wara li l-maltemp ta’ ġimgħa ilu għamel ħerba f’dan il-post tant għażiż għal dawk li għandhom lil qrabathom midfuna hemm.
Ritratti li ttellgħu fil-grupp The Salott fuq Facebook juru kif fin-naħa ta’ Santa Luċia ta’ dan iċ-ċimiterju għad hemm siġar imqaċċta, oqbra mkissra u oħrajn mikxufa totalment wara li l-irħam li kien jgħattihom tkisser.
Persuni li tkellmu magħna appellaw biex l-awtoritajiet konċernati jieħdu azzjoni immedjata biex dan il-post sagru jingħata lura d-dehra li jixraqlu.
Dawn ir-ritratti jkomplu fuq storja oħra li ppublikajna tlett’ijiem ilu (aqra hawn), b’ritratti oħra li juru kif wara din il-maltempata, iċ-ċimiterju kien għadu mitluq mingħajr ma saret il-manutenzjoni u t-tindif meħtieġ.
//= $special ?>