L-awtoritajiet fl-Olanda waqqfu t-trasport tat-tjur kollu madwar il-pajjiż wara li feġġet il-marda tat-tjur f’razzett fin-Nofsinhar ta’ Amsterdam. Uffiċjali tas-saħħa qalu li din il-marda tista’ tkun trasmessa lill-bnedmin.
L-awtoritajiet Olandiżi qalu li mistennija jinqerdu xi 150,000 tiġieġa fir-razzett. Għadu mhux magħruf kif din il-marda ħakmet dan ir-razzett fil-villaġġ ta’ Henkendorp.
Il-gvern Olandiż ukoll impona waqfien mit-trasport, għal 72 siegħa, tal-prodotti kollha mit-tjur, fosthom, il-bajd, id-demel u tiben użat lejn u mill-irziezet kollha fil-pajjiż.
//= $special ?>