Internazzjonali

Toqtol fenek quddiem klassi sħiħa

Għalliema fl-istat Amerikan ta’ Idaho qed taffaċja l-possibilta’ ta’ azzjoni dixxiplinarja wara li qatlet fenek fil-klassi quddiem l-istudenti sekondarji.

Il-każ seħħ fis-6 ta’ Novembru, quddiem klassi ta’ 16-il student, fejn l-għalliema tal-bijoloġija, biex turihom minn fejn jiġi l-ikel tagħhom, kissret għonq l-annimal quddiem il-klassi, ixxukjatha.

L-iskola qalet li dan ma kienx parti mill-kurrikulu tal-istudju, filwaqt li sostniet li l-istudenti li ma ridux jaraw dan kollu kellhom iċ-ċans jitilqu mill-klassi qabel ma bdiet il-lezzjoni.