Fi tmiem il-ġimgħa, fl-uffiċċji tal-Malta Racing Club fil-Marsa, saret l-elezzjoni għall-ħatra tat-tliet rappreżentanti tas-sidien, is-sewwieqa u l-jockeys fi ħdan il-Kunsill tal-Malta Racing Club. Fl-elezzjoni, li kienet ikkontestata minn għaxar kandidati, l-aktar li ġab voti kien Stephen Ciangura (147 vot), vot aktar minn Kevin Debono (146). Ivan Carabott ukoll kien elett bħala t-tielet kandidat (90 vot).
Debono kien diġà rappreżentant fil-Kunsill preċedenti, filwaqt li Ciangura ġej ukoll minn familja ta’ dilettanti, b’missieru Alfred ikun Uffiċjal lura fis-snin tmenin u disgħin. Awguri lil dawn it-tliet rappreżentanti fil-ħidma tagħhom fi ħdan il-Kunsill tal-Malta Racing Club u fuq kollox fl-interess ta’ sħabhom sidien u sewwieqa.
//= $special ?>