Lokali Parlament

Ebda proġett marbut mal-moll ta’ Buġibba

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima, m’għandu l-ebda proġett marbut mal-moll ta’ Buġibba.

Dan kien ikkonfermat mill-Ministru Leo Brincat, li fil-Parlament kien mitlub mid-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea, jagħti tagħrif dwar fiex waslu l-preparazzjonijiet marbuta max-xogħol li għandu jsir fuq il-moll tax-Xemxija u dak ta’ Buġibba.

Il-Minsitru Brincat qal li mill-informazzjoni li għaddewlu mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, jinsab infurmat li fir-rigward tal-proġett fix-Xemxija, għad ma ttiħditx deċiżjoni finali mill-MEPA dwar dan l-iżvilupp.

Qal ukoll li t-tenders għax-xogħol neċessarju jkunu jistgħu jinħarġu wara li jinħareġ il-permess mill-MEPA.