Anton Axiaq, plejer tat-tim tal-Basketball Cynergi Virtus jinsab f’qagħda stabbli wara li l-Ħadd kien involut f’inċident ikraħ u sfortunat waqt waħda mill-partiti tal-Bank of Valletta Knockout kontra Bupa Luxol.
Dan is-sit ħa l-kummenti ta’ Axiaq li bħalissa jinsab rikoverat l-isptar.
Il-filmat t’hawn fuq juri l-mument meta seħħ l-inċident, li ħalla lil Axiaq mitluf minn sensieħ għal kważi sagħtejn sħaħ.
Wara li seħħ l-inċident, il-logħba damet wieqfa għal aktar minn 20 minuta sakemm waslet l-ambulanza li ħadet lill-plejer l-isptar Mater Dei.
Hemmek sarulu numru ta’ testijiet li komplew anke’ llum. F’kummenti ma’ MaltaRightNow, Axiaq qal li jinsab f’qagħda stabbli u li fadallu minn tal-inqas 24 siegħa oħra l-isptar.
Intant, dan is-sit tkellem ukoll ma’ Paul Sultana, il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball (MBA).
Qal li se jkun qed jitlaqqa’ l-bord biex issir dixxiplina fuq ir-rapport li sar mir-refree tal-partita. Mistoqsi minn dan is-sit jekk jaqbilx li l-partita kompliet, qal li personalment ma jaqbilx iżda bħala regola hu r-refree li suppost jieħu d-deċiżjoni.
//= $special ?>