Lokali

F’JUM IL-BAĠIT: terġa’ tittella’ t-tinda barra l-Parlament

Dalgħodu fi Pjazza San Ġorġ il-Belt tispikka x-xena tat-tinda li reġgħet tpoġġiet quddiem il-Parlament, kif għamel il-Gvern f’okkazjonijiet oħra simili.

Jidher li din it-tinda se tkun qed tintuża mill-Prim Ministru biex jitkellem dwar il-Baġit eżatt wara l-preżentazzjoni tal-Ministru Edward Scicluna.

Fil-post dalgħodu hemm ukoll ħaddiema li qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet inkluż fuq sistemi ta’ dwal u sound.

(Ritratt: Skyline Webcams)