Il-proposti għal Ghawdex fil-baġit huma li tibda topera l-kumpanija RS2 li se toħloq 100 impjieg ġdid waqt li Għawdex se jkun żviluppat f’hub mediku.
Se jitkomplew l-istudju għall-airstrip f’Għawdex waqt li se jkunu ppubblikati l-istudji dwar il-possibbilta ta’ mina jew pont bejn iż-żewġ gżejjer.
Se jsir ukoll studju dwar il-vijabbilta’ ta’ proġett ta’ cruise liner terminal għal Għawdex u se jkunu introdotti inizjattivi li jkattru x-xogħol.
Inizjattivi oħra biex jiżdiedu l-impjiegi fis-settur turistiku Għawdxi u li jitwaqqaf digital hub f’Għawdex. Proposti oħra huma li jitwaqqaf SME Park u li jkun żviluppat is-sit fejn kien hemm l-MDP biex ikun attirat l-investiment.
Il-Gvern se jagħmel masterplans għal Marsalforn u x-Xlendi, se jkompli l-proġett ta’ tisbiħ taċ-Ċittadella, se jkompli l-proġett ta’ qorti ġdida u se jibni dar għall-anzjani.
//= $special ?>