Id-deputat Laburista Marlene Farrguia tinsisti li llejla l-Gvern għandu jippreżenta timeframes ċari dwar l-enerġija. Farrugia qalet dan fl-artiklu tagħha ta’ kull ġimgħa fil-ġurnal The Malta Independent.
“Jekk iriduna nieħdu dan il-Baġit b’serjeta’, hemm bżonn li niġu preżentati bi spjegazzjonijiet ċari”.
Marlene Farrugia tgħid li minbarra programm ta’ kif se jsiru l-affarijiet fis-settur tal-enerġija, jeħtieġ li fil-Baġit ningħataw informazzjoni dettaljata. Dan hekk kif il-Gvern għadu qed jonqos milli jgħid, fost l-oħrajn, meta se jitlesta l-proġett tal-power station il-ġdida.
//= $special ?>