Fi stqarrija l-Forum Unions Maltin qal li minkejja li l-Baġit hu wieħed bilanċjat, xorta fih diversi taxxi indiretti li jaffetwaw il-livell t’għixien tal-ħaddiema u l-pensjonanti. “F’dan l-istadju huwa prematur li wieħed jieħu pożizzjoni skjetta fuq il-Baġit”, sostna l-Forum.
Fl-istqarrija sar appell biex fl-implimentazzjoni ta’ ċertu miżuri jkun hemm konsultazzjoni sħiħa mal-unions u l-Korpi Kostitwiti.
Miżuri li se jaffetwaw il-livell tal-ħajja tal-ħaddiema
Il-Forum qal illi qed jistenna li tiġi indirizzata l-problema urġenti tal-waiting lists. Intqal li kien hemm stennija għal investiment akbar fil-kura primarja.
//= $special ?>