Ħarsa lejn il-faċċati tal-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 17 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON b’mod esklussiv jiżvela d-dettalji tar-rapport li tħejja mill-Kumitat Tekniku li ta parir lill-Gvern biex il-liċenzja l-ġdida tal-casino tinħareġ lill-kumpanija Dragonara (meta fil-fatt il-konċessjoni ngħatat lil Eden Leisure). Fl-istess ġurnal naqraw kif hawn min lest iħallas biex jinqabad l-allegat frodista Ryan Schembri.
L-ORIZZONT jgħid illi l-ġlieda kontra l-prekarjat hija prijorita’ għall-GWU.
THE TIMES b’rapport dwar il-President tal-MHRA Matthew Pace li allegatament qed imexxi restaurant mingħajr il-premessi neċessarji.
THE MALTA INDEPENDENT b’analiżi ta’ ċifri li juru kif f’Għawdex jiġu maqbuda ferm aktar nies bid-droga.
//= $special ?>