Kif żvela MaltaRightNow.com, fil-Baġit moqri mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna, il-Gvern ħabbar li se jinħatar Kap Eżekuttiv għall-Korp tal-Pulizija. Skont il-Gvern, l-għan ta’ din il-kariga l-ġdida hu li tinbidel l-istruttura tal-Korp.
Madankollu, sorsi li tkellmu magħna qalu li l-intenzjoni tal-kariga l-ġdida tidher li aktar hi biex xi ras kbira fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, immexxi mill-Ministru Manwel Mallia, ikun jista’ jingħata dan ir-rwol ġdid.
Aktar kmieni …
Il-Gvern jippjana li jaħtar Kap Eżekuttiv għall-Korp tal-Pulizija
Sorsi infurmati tajjeb svelaw li fil-Baġit li Edward Scicluna, il-Ministru tal-Finanzi, se jressaq aktar tard illejla fil-Parlament għas-sena d-dieħla, mistenni jħabbar li l-Gvern qiegħed jippjana li jaħtar Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għall-Korp tal-Pulizija.
Nifhmu li din il-funzjoni – li qatt qabel ma kienet teżisti għall-Korp tal-Pulizija – għandha l-iskop li tagħti dimensjoni ġdida lill-istess Korp.
Fl-istess waqt jidher li dwar din il-ħatra diġà hemm min tefa’ għajnejh fuqha, fosthom ras kbira fil-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Soċjali li qal ma’ kollegi u ħbieb tiegħu li din il-ħatra distintiva se jeħodha hu għax ir-rwol li għandu sa issa fil-Ministru m’hux biżżejjed għalih!
//= $special ?>