Il-Papa Franġisku ordna li tinbena kamra tal-banju bi tliet showers għal persuni bla dar, qrib Pjazza San Pietru.
Monsinjur Konrad Krajewski, responsabbli minn atti ta’ karita’ ordnati personalment mill-Kap tal-Knisja Kattolika, qal li “m’aħniex qed nagħmlu affarijiet straordinarji għax il-kmamar tal-banju u x-showers huma affarijiet bażiċi f’komunita’.
Hu stqarr li f’Ruma l-latrini pubbliċi ngħalqu u wieħed japprezza x’jiġri jekk xi ħadd jagħlaqlu l-kamra tal-banju għal jumejn u ma jkunx jista’ jinħasel”.
“Ngħid dan ukoll lis-sindku ta’ Ruma Ignazio Marino, li hu tabib – “fejn iridu jmorru dawn in-nies biex jiffriskaw ruħhom?” “Dan hu biss mod intelliġenti, meta nitkellem mal-politiċi, dawn jitkellmu fuq ħafna affarijiet iżda ma jmissux mal-ħajja reali u, fil-frattemp, ħafna flus qed itiru mar-riħ”,sostna l-Monsinjur.
//= $special ?>