Ftit tal-ħin ilu ġejna nfurmati li dalgħodu l-Prim Ministru permezz tal-Uffiċċju tiegħu għall-komunikazzjoni, sejjaħ għall-ġurnalisti ta’ media differenti, għal-laqgħa qabel il-Budget. Iżda minn naħa ta Net News nistgħu ngħidu li ma rċivejnix notifika biex inkunu preżenti għal din il-laqgħa.
Kif sirna nafu li kien hemm din il-laqgħa li għaliha Net News ma kienx preżenti kkuntatjajna lill-Kurt Farrugia, il-Kap tal-Ufficcju għall-Komunikazzjoni tal-Gvern, biex jispjegalna għalfejn ma konnix infurmatili s’issa għadu mhux jirrispondi għat-telefonati ta’ Net News.
Jirriżulta li l-ġurnalisti li kienu maqsuma fi gruppi kellhom laqgħa direttament mal-Prim Ministru Joseph Muscat.