Iċ-Chairperson tal-Kumitat Reġjonali għal Għawdex Michael Grech qal li l-Baġit hu pożittiv u jibni fuq ta’ qabel. Qal li se jkun hemm Development Bank li se jgħin lill-SMEs, filwaqt li dwar Għawdex hemm l-inċentivi tal-ETC li kienu suġġerimenti tagħhom.
Michael Grech qal li l-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex hi importanti u qal li hu negattiv li ż-żieda fil-liċenzji tas-swimming pools li jkollhom effett fuq il-kiri tal-farmhouses f’Għawdex.
//= $special ?>