Żagħżugħ ta’ 21 sena ammetta li ħebb għall-Pulizija u li rreżista l-arrest meta kien Paceville fil-weekend li għadda imma m’ammettiex li kellu fil-pusses tiegħu d-droga kokaina. Emerson Camilleri mill-Imsida ammetta li nhar il-Ħadd li għadda rreżista l-arrest fis-siegħa ta’ filgħodu, iżda qal li ma kellu x’jaqsam mal-ebda droga.
Hekk kif permezz tal-Avukat tiegħu Arthur Azzopardi huwa ammetta l-akkużi ta’ ġlied mal-Pulizija, l-Avukat Azzopardi talab lill-Qorti biex taħtar espert biex jeżamina s-sustanza li l-Prosekuzzjoni qed tallega li hija kokanina.
Il-Maġistrat Francesco Depasquale laqa’ t-talba u ħatar lill-ispiżjar Godwin Sammut biex jikkonduċi t-testijiet fuq is-sustanza. Huwa laqa’ wkoll it-talba għal liberta’ proviżorja ta’ Camilleri fuq garanzija personali ta’ €5,000. L-akkużat kien ordnat ukoll mill-Qorti biex ma jersaqx lejn Paceville u San Ġiljan u jkun id-dar sat-8pm kuljum. L-Ispettur Carol Fabri mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>