Il-Ministru għall-Intern fil-Portugall irriżenja b’rabta investigazzjoni f’każ ta’ korruzzjoni marbuta mal-ħruġ ta’ permessi għar-residenzi fil-pajjiż.
Miguel Macedo, minkejja li ma kienx implikat fl-iskandlu, irriżenja sabiex jippriserva l-kredibbiltà tal-istituzzjonijiet tal-istat.
Il-pulizija arrestat 11-il persuna, fosthom il-kap tas-servizz tal-immigrazzjoni fil-pajjiż. Il-Portugall tipprovdi visas speċjali lil persuni barranin li jridu jinvestu.
Il-benefiċjarji prinċipali ta’ dawn il-permessi ta’ malajr kienu ċittadini Ċiniżi li kienu qed jinvestu b’mod qawwi fil-proprjetà Portugiża.
Il-pulizija qalet li l-11-il persuna ġew arrestati fuq suspett ta’ korruzzjoni, ħasil tal-flus, indħil u frodi.
L-iskema kienet imlaqma l-Golden Visas jew il-‘visa tad-deheb’ u hi miftuħa għal barranin li qed jinvestu bil-kbir fil-proprjetà fil-Portugall.
Jirriżenja l-Ministru tal-Intern minħabba l-iskandlu tal-Golden Visas
