Il-flus ivvutati mill-Gvern fil-baġit għal din is-sena għall-overtime tal-Pulizija, spiċċaw aktar kmieni din is-sena u minkejja li żdiedu bi €300,000 oħra matul din is-sena, dawn intefqu wkoll u saret talba oħra lill-Ministeru tal-Finanzi biex ikunu allokati aktar flus.
Dan jirriżulta mill-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament għal mistoqsija li ressaq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi lill-Ministru responsabbli mill-Pulizija, Manuel Mallia.
Fit-tweġiba li ta, il-Ministru Mallia qal li fl-estimi għall-2014 kien hemm ivvutati €850,000 għall-overtime. Ma’ dawn żdiedu €300,000 fuq talba tal-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali biex b’hekk, s’issa, membri tal-Korp diġà tħallsu b’€1.15 miljun f’overtime. Bħalissa hemm talba għal €300,000 oħra fuq dan il-vot sabiex jagħmel tajjeb sal-aħħar tas-sena.
L-overtime, qal il-Ministru Mallia, jiġi allokat lil membri tal-Korp skont l-esiġenzi tas-servizz.
//= $special ?>