Internazzjonali

Kappell ta’ Napuljun irkantat għal 1.9 miljun ewro

Wieħed miż-żewġ kpiepel famużi ta’ Napuljun inbigħ lil kollezzjonist mill-Korea t’Isfel għall-prezz ta’ 1.9 miljun ewro f’irkant ‘il barra minn Pariġi.

Dan il-kappell hu biss wieħed minn 19-il eżempju li tħallew mill-ilbies u mill-kpiepel mhux tas-soltu tal-imperatur Franċiż, u kien mibjugħ mill-familja Grimaldi ta’ Monaco.

Il-kappell kien irkantat għal kważi ħames darbiet aktar minn dak li kien stmat, għal bejn it-300,000 u 400,000 ewro.

L-identita’ ta’ min xtara l-kappell baqgħet mistura.

Matul ir-renju tiegħu bħala imperutur ta’ Franza – mill-1804 sal-1814 u fl-1815 – Napuljun Bonaparti libes madwar 120 kappell.