Lokali

L-aħħar tislima lill-ex Ministru Lino Spiteri

Fil-katidral tal-Imdina llum wara nofsinhar ingħatat l-aħħar tilsima lill-ex Ministru Lino Spiteri li miet nhar il-Ġimgħa filgħaxija.

Għal din il-quddiesa attendew il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca u s-Sur Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, Ministri u deputati flimkien ma’ rappreżentanti tal-korpi kostitwiti u setturi oħra li ħadmu viċin Lino Spiteri.

Il-quddiesa persente cadavre tqaddset mill-Kappillan ta’ Ħ’Attard Fr.Noel Vassallo.

Lino Spiteri serva bħala ministru f’diversi gvernijiet Laburisti u spikka bħala kittieb b’diversi artikli fuq il-ġurnali lokali u anki f’kotba li kiteb.