Il-President tal-Malta Union of Teachers (MUT) Kevin Bonello qal li l-MUT ma taqbilx li jkun hemm tibdil fil-ħinijiet tal-iskola u lanqas it-tibdil biex ikun akkomodat it-traffiku. Qal li hemm bżonn ta’ titjib fis-servizz pubbliku biex tonqos il-konġestjoni tat-traffiku.
Kevin Bonello qal li fuq l-edukazzjoni ż-żieda fil-pagi taċ-Ċivil minħabba żieda fil-ħaddiema tal-Gvern mhix pożittiva. Qal li l-kwistjoni tal-tablets fl-iskejjel jonqosha ħafna żmien biex tkun implimentata kollha u qal li ż-żieda ta’ 10% fil-vot tal-edukazzjoni mhix biżżejjed għax hemm bżonn ferm aktar investiment fl-edukazzjoni.
//= $special ?>