Lokali Qorti

LIVE BLOG MILL-QORTI: “Il-Ministru ċempilli biex nissospendi l-Kumitat Tekniku”

1326
Is-smigh sospiz.

1324
Camilleri jikkonferma li l-Gvern issa huwa dispost li jaghti koncessjoni ta’ ZEWG licenzji.

1320
Jibda l-kontro-ezami mill-avukati li qed jirraprezentaw il-Ministeri u l-Avukat Generali.

1317
Camilleri, li nhatar mill-Gvern f’Gunju tal-2013, qed jirrepeti li l-parir tal-MIMCOL kien li d-dhul mill-proposta tal-Eden Leisure kienet “progettata” bhala akbar.

1314
“L-awtoritajiet hassew li kien hemm kunflitt, u kienu huma li ddecidew li l-hidma tal-Kumitat Tekniku tintemm hesrem”, il-Kap tal-Unit tal-Privatizzazjoni.

1312
Camilleri qal ukoll li kien kiteb lill-Ministru, “I await your instructions”, waqt li l-process gie sospiz. Ghal din il-korrispondenza, Camilleri ma rcieva l-ebda twegiba.

1302
Camilleri qal li Valencia ikkonfermalu li l-Kumitat kien qed jahdem fuq dan ir-rapport, izda Valencia bhala chairman ma kienx se jiehu vot.

Dakinhar stess cempillu l-Ministru Cardona u qallu HU biex jissospendi x-xoghol tal-Kumitat Valencia.

1258
Camilleri JIKKONFERMA li qatt ma ha non-conflict of interest letter. Ircieva telefonata minn Edward Zammit Lewis, li kellem ukoll lilu bhala l-Kap tal-Unit tal-Privatizzazjoni dwar dan.

Izda, wiehed mill-membri tal-Kumitat Tekniku ma xtaqx jiffirma din l-ittra qabel ikellem avukat. Il-persuna ma gietx identifikata. (Aktar tard, fis-7 t’April, kien iffirma).

Il-Kumitat Tekniku kien fih erba’ membri.

1257
Camilleri semma’ kif skont hu dan il-Kumitat Tekniku kien mifni b’kunflitt ta’ interessi – ghalkemm dawn l-individwi tnehhew.

1253
Camilleri ghamel referenza ghall-Kumitat Tekniku li twaqqaf ad hoc. Dan l-ewwel gie sospiz, imbghad gie xolt. Gie sospiz fis-7 t’April b’mod verbali.

Dan il-Kumitat kellu jaghti r-rapport tieghu fi Frar ta’ din is-sena.

Ic-chairman, l-Imhallef Emeritu Geoffrey Valencia, fit-22 ta’ Marzu kien informa lil Camilleri li l-Kumitat kien se jiltaqa’ fl-4 t’April.

1250
Camilleri qal li l-Awtorita’ tal-Loghob u l-Lotteriji kienu dawk li taw il-parir fuq l-ghazla, filwaqt li mil-lat finanzjarju l-pariri waslu mill-MIMCOL.

1247
Camilleri qal illi l-Unit ezamina s-serjeta’ tal-proposta.

1243
L-analizi li saret qabel ix-shortlisting ma gietx meqjusa ghad-decizjoni finali.

1236
Camilleri jirreferi ghall-process li wassal ghad-decizjoni, u jghid li biex saret l-ghazla ghamlu analizi aktar dettaljata. Ikkonferma li d-decizjoni finali kienet ibbazata fuq “min se jhalli l-aktar lill-pajjiz”.

1235
Il-Kap tal-Unit tal-Privatizzazjoni jibqa’ jirreferi ghall-process tax-shortlisting.

1232
Camilleri jikkonferma ukoll li l-offerta ta’ Dragonara kienet wahda akbar.

1229
Camilleri jibqa’ pressat fuq il-valutazzjoni tal-kriterji.

1226
Mistoqsi mill-avukat tal-kumpanija Dragonara, Camilleri qal li “jista’ jkun li kien hemm certu suggettivita’ fuq certi kriterji”.

1224
Il-Kap tal-Unit tal-Privatizzazjoni qal li kull wiehed mill-kriterji inghata piz ugwali.

1222
Dr Camilleri ikkonferma li t-13-il kriterju tal-ghazla gew gudikati fuq l-istess bazi.

1219
L-avukat tal-kumpanija Dragonara jistaqsi kemm gew adottati kriterji li fuqhom ittiehdet id-decizjoni tal-ghazla.

1216
Dr Emanuel Camilleri, il-Kap tal-Unit tal-Privatizzazjoni, stqarr li se jitkellem bl-Ingliz ghax ghamel snin twal jghix l-Awstralja.

1207
Fl-awla, prezenti anke Kevin Decesare, wiehed mid-Diretturi ta’ Eden Leisure Group – il-grupp li inghata l-koncessjoni mill-Gvern ghal-licenzja l-gdida.

1206
L-avukat Jean Carl Farrugia iddikjara illi li kieku ma kienx ghad-digriet tal-Qorti, il-process tan-negozjati kien jitkompla.

1203
Tibda tinstema l-kawza fil-Qorti.

SEGWU AĠĠORNAMENTI LIVE FUQ DIN IL-PAĠNA

Illum se tinstema’ l-kawża fil-Qorti fuq l-allegat proċess ivvizzjat tal-għoti tal-konċessjoni għal casino ieħor f’Malta lill-Grupp Eden Leisure.

Nhar il-Ġimgħa li għadda l-Qorti preseduta mill-Imħallef Joseph R. Micallef laqgħet it-talba tad-Dragonara Gaming Limited biex dalgħodu jittellgħu jixhdu quddiem il-Qorti l-Kap tal-Unit tal-Privatizzazzjoni u l-eks Imħallef Geoffrey Valenzia, bħala ċ-Chairman tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni.

Fl-istess ħin il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-Eden Leisure biex tintervjeni fil-mandat. Il-Qorti diġà waqqfet il-proċess tal-għoti tal-liċenzja għal casino lill-Grupp Eden Leisure, hekk kif il-kumpanija Dragonara Gaming Limited għamlet mandat ta’ inibizzjoni kontra l-Ministru tal-Finanzi, dak tal-Ekonomija u l-Unit ta’ Privatizzazzjoni minħabba xamma qawwija ta’ irregolaritajiet u suspetti serji li l-affarijiet ma sarux b’serjetà.

F’dan l-isfond il-Gvern Laburista għadu qed jirrifjuta li jippubblika r-rapport tekniku tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni. Għal din il-konċessjoni, id-Dragonara Gaming għamlet offerta ta’ €4.37 miljun waqt li l-Grupp Eden Leisure ressaq offerta ta’ €1.25 miljun.