Wara Milan, l-aktar belt fl-Italja fejn qed tiżdied il-kriminalita’ hi Rimini. Aktar minn 26,700 reat ġew rappurtati matul is-sena li għaddiet.
Wara Rimini, tissemma l-belt ta’ Bologna filwaqt li l-aktar bliet fejn ir-rata ta’ reati kriminali hi baxxa huma dawk ta’ Benevento, Matera u Oristano.
L-analisti dwar il-kriminalita’ jgħidu li d-delitti żdiedu bi 2.6 fil-mija filwaqt li żdied ukoll in-numru ta’ persuni li ġew arrestati – kważi miljun persuna matul is-sena li għaddiet.
Fost ir-reati u d-delitti, jispikka in-nuqqas ta’ omiċidji f’dawn l-aħħar snin; naqas ukoll in-numru ta’ vetturi li ġew rappurtati misruqa.
Madankollu is-serqiet mid-djar żdiedu b’sitta fil-mija. Barra minn hekk żdiedu l-frodi permezz tal-internet.
//= $special ?>