Mill-anqas persuna waħda weġġgħet f’inċident tat-traffiku li seħħ għall-ħabta tal-9.45pm ħdejn il-monument tal-Iljun fil-Furjana. Jirriżulta li l-inċident seħħ hekk kif karozza kienet ħierġa minn fuq it-traffic lights u ħabtet ma’ karozza tal-linja li qasmet mill-istess post.
Fil-post waslu karozzi tal-Pulizija u Ambulanza li taw l-ewwel għajnuna lill-persuni involuti. Il-persuni involuti ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura, hekk kif il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.