Lokali

Nirien fi SkyParks ikkawżati mis-sistema tal-air conditioning, ħadd ma jweġġa’ fl-inċident

Nirien żgħar interrompew għal xi ħin il-ħidma fil-bini ta’ SkyParks, li jinsab barra l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li n-nirien oriġinaw minn ħsarat tekniċi fis-sistema tal-air conditioning.

In-nirien kienu kkontrollati fil-ħin minn membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fis-sezzjoni ta’ Ħal Far. Fortunatament, ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

(Ritratt: Noel Scerri)