Klaus Iohannis, il-kandidat tal-Oppożizzjoni fir-Rumanija, rebaħ l-elezzjoni presidenzjali wara li għeleb lill-Prim Ministru Victor Ponta f’taqtigħa iebsa.
Iohannis, li għandu 55 sena u hu s-sindku tal-belt ċentrali ta’ Sibiu, għandu 55 sena u hu Ġermaniż etniku.
Ir-Rumanija hi meqjusa bħala wieħed mill-aktar stati korrotti fl-Unjoni Ewropea, u din hi ħaġa li Iohannis wiegħed li jeqred.
Importanti f’din l-elezzjoni kien il-vot tar-Rumeni li jgħixu barra l-pajjiż. In-numru ta’ votanti Rumeni li jgħixu fi bliet Ewropej, irdoppja għal 379,000 u kjuwijiet kbar ħonqu l-postijiet tal-votazzjoni fl-ambaxxati u fil-konsolati madwar l-Ewropa, minn Milan u Munich sa Londra u Portsmouth.
Il-Pulizija f’Pariġi kellha tispara l-gass tad-dmugħ nhar il-Ħadd filgħaxija sabiex tferrex lil votanti rrabjati li ma kinux kapaċi jivvutaw.
President Rumen ġdid
