Fejn jidħol l-isport tħabbar li l-Gvern qed jikkunsidra li jissieħeb mal-privat fit-tmexxija tal-korsa taż-żwiemel tal-Marsa.
Ħabbar tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal plejers tal-Waterpolo.
Taħriġ għall-amministraturi biex jitħarġu fix-xena sportiva u li għalih il-gvern se jalloka €700,000.
Mistenni joħroġ espressjoni ta’ interess għall-korsa tat-tiġrijiet tal-vetturi u mistenni li titlesta shooting range ta’ livell internazzjonali.
Fejn tidħol kultura, fid-diskors tal-baġit għamel referenza għal avvenimenti nazzjonali bħas-Summit tal-Commonwealth, il-preparazzjoni għall-Presidenza Ewropea u l-450 anniversarju mill-Assedju l-Kbir li l-Ministru qal li għandu jitfakkar b’mod xieraq. Iżda dwar dawn l-avvenimenti nazzjonali l-Ministru ma qalx kemm il-Gvern se jonfoq.
Rigward il-Parlament, il-Ministru qal li l-Membri Parlamentari se jieħdu l-onorarja skont l-attendenza tagħhom. Diġa’ tfasslet l-emenda biex dan jidħol fis-seħħ.
Fid-diskors tal-baġit kien inkluż wkoll il-qasam kulturali. Fosthom is-sena d-dieħla se jidħol fis-seħħ il-programm ta’ ristrutturar fil-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kultura. Se jitwaqqaf fond ta’ ko-produzzjoni, il-Fondazzjoni Valletta 2018 u diversi entitajiet fil-qasam kulturali bl-ewwel investiment ikun ta’ €208,000.
Se jsir anke investiment ta’ €200,000 għall-esportazzjoni ta’ xogħol kreattiv u għall-mobilta’ artistika u ħabbar investiment ta’ ko-finanzjat, mill-Unjoni Ewropea, ta’ €860,000 għall-imsieħba kulturali.
Qal li l-Gvern hu kommess li jagħmel villaġġ tal-Karnival għad-dilettanti li jaħdmu biex jittella’ l-Karnival.
Ħabbar ukoll li se jinħoloq fond għall-programmi kulturali fuq stazzjonijiet televiżivi.
//= $special ?>