Fil-baġit għas-sena d-dieħla fil-qasam tal-edukazzjoni, l-gvern se jkun qed jalloka s-somma ta’ €477 miljun.
Il-Ministru Scicluna ħabbar li l-Gvern se jniedi l-konsultazzjoni permezz ta’ White Paper dwar il-ħinijiet tal-ftuħ tal-iskejjel.
Mistennija żieda fl-istipendji skont ir-rata tal-ogħli tal-ħajja pro-rata. Miżura li se tidħol fis-seħħ fl-ewwel ta’ Jannar. L-istudenti se jingħataw anke bonus addizzjonali pro-rata u l-istipendju se jkun eżenti mit-taxxa.
Dwar it-tablets fl-iskejjel kollha mir-raba’ sena, il-proġett pilota jispiċċa f’Marzu tas-sena d-dieħla u wara se ssir evalwazzjoni tiegħu biex jidħol fuq livell nazzjonali f’Ottubru ta’ sentejn oħra.
Mistenni jinbena childcare centre f’post ċentrali f’Malta.
Il-Ministru Scicluna qal li mill-Form 1, is-suġġetti ta’ Design and Technology, Home Economics, Arti u Mużika qed jingħataw lill-istudenti kollha u l-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika żdiedu minn 2 ghal 3 lezzjonijiet fil-ġimgħa.
Dwar is-sabbatical leave għall-għalliema hu ppjanat li l-ewwel applikazzjonijiet se jiġu pproċessati f’April li ġej biex dawk li japplikaw jibdew sena leave bi ħlas mis-sena skolastika li ġejja.
Il-Gvern se jkun qed jalloka is-somma ta’ €7 miljun lill-Universita’ ta’ Malta, żieda ta’ 55% fil-fondi allokati għal din l-istituzzjoni filwaqt li għall-MCAST ma ssemma’ xejn dwar il-fondi allokati għaliha jew jekk hux se jiżdiedu.
Ħabbar ukoll tnaqqis tal-VAT fuq il-kotba Diġitali.
//= $special ?>