L-eks Direttur Ġenerali tal-GRTU, Vince Farrugia, instab ħati ta’ malafama u ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €2,000 f’danni lis-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Tony Zarb. Farrugia nstab ħati li waqt il-programm TVAM tal-24 ta’ Frar 2012, huwa kien qal kliem malafamanti u dispreġġjattiv fil-kontront tas-Segretarju Ġenerali tal-GWU.
Fil-programm Farrugia kien iddeskriva lil Tony Zarb bħala bniedem “faxxista” u li qed “ixewwex in-nies għall-vjolenza”. Zarb fetaħ kawża ta’ libell għad-danni kontra Farrugia fuq dawn il-kummenti fejn insista li dak li qal dwaru kien malafamanti, mhux minnu u kien intiż biss biex itelliflu ir-reputazzjoni tiegħu.
Farrugia kien għadda r-rimarki fil-konfront ta’ Zarb b’referenza għan-nuqqas ta’ qbil li kien hemm fl-MCESD fuq il-pożizzjoni tal-ħaddiema impjegati b’mod prekarju. Dakinhar wara li Zarb appella lill-ETC biex tinvestiga xogħol prekarju, Farrugia, li dak iż-żmien kien għadu Direttur Ġenerali tal-GRTU.
Farrugia implika li setgħet saret manipulazzjoni tal-minuti. Wara li l-Qorti semgħet ix-xhieda, l-Maġistrat Francesco Depasquale ta raġun lil Zarb u ordna lil Farrugia jħallsu €2,000 f’danni mposti fuqu.
//= $special ?>