Ewropa Lokali

Alfred Sant jivvota favur klawsola li tinkludi l-abort

Alfred Sant ivvota favur klawsola li tinkludi l-abort.

Il-klawsola li tressqet quddiem il-Parlament Ewropew, kienet biex l-awtoritajiet Sudaniżi jagħtu appoġġ lill-għaqdiet tan-nisa biex jippromwovu u jipprovdu, fost l-oħrajn id-drittijiet sesswali u riproduttivi. Din il-klawsola qed tinkoraġixxi l-abort.

It-tliet membri parlamentari ewropej eletti f’isem il-Partit Laburista ivvutaw b’mod differenti – Alfred Sant ivvota favur, Miriam Dalli astjeniet filwaqt li Marlene Mizzi ivvutat kontra, għaliex qalet li dawn l-issues imsemmija fil-klawsola għandhom jiddeċiedu dwarhom il-pajjiżi għal rashom u mhux tiddeċiedi l-Unjoni Ewropea.

It-tliet Membri Parlamentari ewropej eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista, David Casa, Roberta Metsola, u Therese Commodini Cachia ivvutaw kontra din il-klawsola.

L-emenda tressqet mill-ħodor u mill-European Free Alliance.’