Aktar kmieni llum, l-għada li l-Ministru tal-Finanzi ppreżenta l-Baġit 2015, numru ta’ ħaddiema mal-kumpanija nazzjonali tal-ajru l-AirMalta u li jaħdmu bil-kuntratt kienu mgħarrfa li l-kuntratt tagħhom mhux se jiġġedded.
Dawn il-ħaddiema, fosthom dawk magħrufa bħala tar-Rampa, kienu msejħa jirrapportaw l-AirMalta, anki jekk kienu bil-leave jew off, u ngħataw ittra li kienet tgħid li l-kuntratt tagħhom ma kienx qed ikun imġedded.
Waqt il-programm NewsDesk, fuq Radio 101, mara ta’ wieħed mill-impjegati li rċevew din l-aħbar esprimiet mhux biss ir-rabja u l-għadab tagħhom għal din l-azzjoni mill-Gvern Laburista, iżda wkoll irrimarkat li din l-azzjoni kienet qed tittieħed l-għada tal-Baġit 2015, li fih il-Gvern lissen ħafna kliem sabiħ iżda xejn konkret.
//= $special ?>