Charles Manson, qattiel Amerikan ta’ 80 sena, ingħata l-permess biex jiżżewweġ tfajla ta’ 26 sena li kienet qed iżżuru ta’ spiss fil-ħabs.
Il-permess għaż-żwieġ inħareġ għaxart ijiem ilu għal Manson u għal Afton Elaine Burton, li marret tgħix f’Corcoran, Kalifornja, disa’ snin ilu sabiex tkun qrib il-ħabs fejn kien miżmum Manson.
Charles Manson qed jiskonta sentenza ta’ għomor il-ħabs għall-qtil ta’ seba’ persuni u tarbija fil-ġuf f’Los Angeles fl-1969.
Il-vittmi kienu jinkludu lill-attriċi Sharon Tate li kienet tqila, u l-mara tad-direttur tal-films Roman Polanski.
Il-mexxej ta’ kult u s-segwaċi tiegħu, magħrufa bħala l-Familja Manson, taw bis-sikkina u sparaw fuq seba’ persuni f’Los Angeles f’żewġ iljieli f’Awwissu tal-1969 f’attentat biex jibdew gwerra razzjali.
Manson u tliet kompliċi nisa ngħataw il-piena tal-mewt għall-qtil, iżda s-sentenza nbidlet fl-1972 meta Kalifornja abolixxiet temporanjament il-piena kapitali.
Fl-2012, Manson ġie rrifjutat li joħroġ bil-parole minn panel fil-ħabs ta’ Kalifornja – it-12-il darba li għamel attentat għal-libertà. Charles Manson mhux eliġibbli għall-parole qabel l-2027.
//= $special ?>