Internazzjonali

Erba’ jinqatlu f’attakk f’Ġerusalemm; jinqatlu ukoll it-terroristi

Ftit tal-ħin ilu seħħ attakk bi skieken u armi tan-nar fuq Sinagoga f’Ġerusalemm.

Għalkemm id-dettalji għadhom qed jidħlu, jidher li inqatlu erba’ persuni ċivili f’dak li qed jissejjaħ attakk terroristiku. L-aggressuri li daħlu f’din is-Sinagoga, li kienu tnejn, spiċċaw maqtula b’tiri mill-Pulizija.

Fil-ħin tal-attakk kien hemm ħafna nies fis-Sinagoga għall-mument tat-talb.

Fost il-vittmi, erba’ persuni ċivili

Fl-attakk, li seħħ fis-6am ħin ta’ Malta, kienu b’kollox sitta l-persuni midruba. Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li pajjiżu “se jirrispondi bl-aħrax” għal dan l-attakk.

Fl-aħħar ġimgħat, fir-reġjun tal-Lvant Nofsani reġgħet nibtet tensjoni kbira u instabbilta’ minħabba attakki simili.