Baġit 2015 Ekonomija Lokali

Il-Baġit 2015 isarraf f’aktar burokrazija għan-negozji ż-żgħar

Il-Baġit ifisser aktar burokrazija għan-negozji ż-żgħar. Dan joħroġ mill-miżura li tissemma’ f’paġna 24 u li nqrat mill-Ministru fil-bidu tad-diskors twil tiegħu mingħajr wisq enfasi. Din il-miżura se twassal biex negozjanti li jaqilgħu ammonti żgħar ta’ flus, xorta se jkollhom jirreġistraw mad-Dipartiment tal-VAT.

F’kumment lil MaltaRightNow.com dwar din il-miżura, il-President tal-GRTU Paul Abela sostna li dak li tħabbar fil-Baġit inaqqas l-abbuż, iżda jeħtieġ li din ma tkunx miżura burokratika. Fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista, min jaqla’ anqas minn €7,000 ma kellux għalfejn jirreġistra għall-VAT, filwaqt li kellu obligu li joħroġ irċevuta mhux fiskali.

Madankollu, bil-Baġit din inbidlet u l-proċedura ġiet li irrispettivament ta’ kemm taqla’, trid tirreġistra mad-Dipartiment tal-VAT u toħroġ irċevuta fiskali.