Sport

Il-FIFA tiftaħ kawża

Il-FIFA fetħet kawża quddiem il-prosekutur ġenerali Żvizzeru inkonnessjoni mad-dritt tal-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 u l-2022.

L-ilment hu dwar individwi inkonnessjoni mal-proċess ta’ kandidatura.

Il-President Sepp Blatter aġixxa fuq parir tal-imħallef Hans-Joachim Eckhert, li r-rapport tiegħu ta’ 42 paġna, ħeles lir-Russja u l-Qatar minn kull akkuża u tahom id-dritt jorganizzaw iż-żewġ edizzjonijiet li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.

Eckhert qal li m’hemmx biżżejjed provi biex jitqajjem dubju dwar il-proċess sħiħ tal-għażla.