Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tlieta, 18 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON b’analiżi dettaljata tal-Baġit 2015 fejn jgħid li l-Gvern ma qassamx il-ġid b’mod ġust, u l-Baġit m’għandu l-ebda direzzjoni ekonomika. Rapport ieħor jgħid li l-Ministru Chris Cardona ordna hu direttament is-sospensjoni tal-Kumitat Tekniku li kien qed jevalwa l-offerenti għal-liċenzja l-ġdida tal-casino.

Fil-gazzetta MALTA TODAY naqraw kif id-diskors tal-Baġit kien l-itwal wieħed fl-istorja.

THE TIMES tgħid illi l-Gvern fil-Baġit qed jindirizza l-qgħad fost iż-żgħażagħ, filwaqt li tkompli ssegwi ukoll il-każ tal-casinos fejn fil-Qorti issemma’ direttament Chris Cardona.

L-ORIZZONT jirrapporta kif il-proposti tal-GWU ġew riflessi fil-Baġit.

THE MALTA INDEPENDENT b’ħarsa analitika u dettaljata lejn il-Baġit fejn tiġi preżentata lista ta’ affarijiet negattivi u pożittivi li joħorġu mill-Baġit. Jintqal ukoll illi ma smajna xejn ilbieraħ dwar il-powerstation il-ġdida.