Il-belt ta’ Doha fil-Qatar rebħet id-dritt li torganizza l-Kampjonati Mondjali tal-Atletika tal-2019. Doha għelbet l-isfida ta’ Barċellona fi Spanja u tal-belt ta’ Eugene fl-Istati Uniti.
Dawn il-kampjonati se jsiru bejn it-28 ta’ Settembru u s-6 ta’ Ottubru minħabba li fis-sajf, fil-Qatar, ikun hemm sħana kbira.
Doha diġà kienet tefgħet il-kandidatura tagħha biex torganziza l-edizzjoni tal-2017 imma kienet il-belt ta’ Londra li rebħet id-dritt li tagħmel dan. Tliet snin wara dawn il-Kampjonati tal-2019, fil-Qatar se ssir it-Tazza tad-Dinja tal-FIFA.
Il-Kampjonati mondjali tal-atletika tas-sena d-dieħla jsiru b’Beijing fiċ-Ċina bejn it-22 u t-30 ta’ Awwissu.
//= $special ?>