Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali (KOI) ħabbar li l-kandidatura għal-Logħob Olimpiku trid issir orħos u aktar faċli. Dan wara li ħabbar lista ta’ 40 rakkomandazzjoni mmirati li jtejbu l-logħob fil-futur.
Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ivarjaw minn żieda fin-numru ta’ dixxiplini sportivi, sa permess biex ċertu avvenimenti jsiru barra l-pajjiż jew il-belt li jkunu qed jorganizzaw il-logħob.
Il-KOI se jkun qed jivvota fuq dawn il-proposti waqt laqgħa li se ssir f’Monaco bejn it-8 u d-9 ta’ Diċembru.
Rakkomandazzjonijiet oħra jinkludu li n-nisa jkunu jiffurmaw 50% tal-atleti li jkunu qed jieħdu sehem fil-logħob u jkun hemm massimu ta’ atleti u kowċis.
Il-President tal-KOI Thomas Bach qal,
“Dawn l-40 rakkomandazzjoni qishom biċċiet tal-jigsaw puzzle. Meta tgħaqqadhom tinħoloq stampa li turi li l-KOI qed jissalvagwardja l-identità unika tal-Olimpjadi u jsaħħaħ is-soċjetà sportiva.”
Ir-rakkomandazzjoni għal tnaqqis fl-ispejjeż tal-kandidatura tinkludi tnaqqsi fin-numru ta’ preżentazzjonijiet li jitħallew jagħmlu l-bliet interessati kif ukoll kontribuzzjoni finanzjarja mill-KOI.
RUMA – Il-President tal-CONI Giovanni Malago ma eskuldiex il-possibiltà li Ruma titfa’ l-kandidatura tagħha biex tospita l-Olimpjidi tal-2024.