Lokali Parlament

Inħarġu 2,400 visa liċ-Ċiniżi fosthom 52 li kien hemm parir kontra

Minn Marzu tal-2013 sal-aħħar ta’ Ottubru li għadda, l-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina approvat 2,400 visa għaz-zona Schengen lil ċittadini Ċiniżi. Fost dawn kien hemm 52 li kien hemm parir kontra li tinħareġ il-visa.

Informazzjoni dwar il-ħruġ ta’ dan in-numru sostanzjali ta’ visas liċ-Ċiniżi, ingħatat illejla fil-Parlament fi tweġiba li ta l-Ministru Manuel Mallia għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.

B’kollox kien hemm 3,063 applikazzjoni għall-visa għaz-zona Schengen minn ċittadini Ċiniżi li applikaw mill-Ambaxxata Maltija fiċ-Ċina.