Futbol Sport

Inter mhux ġejjin Malta…jagħżlu l-Marokk

Minkejja dak rappurtat fuq siti Taljani, Inter biddlu l-ħsieb u mhux ġejjin Malta għall-kamp ta’ taħriġ li hu pjanat li jsir għall-waqfa tal-Milied.

Din l-aħbar ħarġet b’mod uffiċjali mill-Federazzjoni Marokkina li qalet li fit-30 ta’ Diċembru Inter se jkunu qed jaffrontaw lil PSG fi Stade de Marrakech – stadium li jesa’ aktar min 45,000 post u li fl-20 ta’ Diċembru se jilqa’ l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA għall-clubs.

Mhux magħruf jekk kienx il-kowċ il-ġdid ta’ Inter Roberto Mancini il-moħħ wara din id-deċiżjoni.

Il-logħba bejn Inter u PSG fil-Marokk se tlaqqa’ numru ta’ eks plejers tat-tim li kien rebaħ it-tliet unuri l-kbar tal-istaġun 2009/10.

Il-plejers se jinkludu Ibrahimovic, Maxwell u Thiago Motta.