Lokali

Is-Sorijiet waqt il-provi tal-Malta Eurovision

Wara li l-ġimgħa li għaddiet segwejna il-Junior Eurovision, illum fil-Malta Shipbuilding bdew il-provi tal-Malta Eurovision li se jsir nhar il-Ġimgħa u s-Sibt.

Il-kantanti kollha f’dawn ir-ritratti jidhru waqt il-provi tal-kanzunetta “Together”, il-kanzunetta li se jkantaw il-kantanti kollha flimkien fil-bidu tas-serata tal-Ġimgħa. Bla dubju fil-provi qed jispikkaw is-sorijiet, parteċipanti fil-Malta Eurovision ta’ din is-sena.