Iż-żieda fil-liċenzji tas-swimming pools tista’ tolqot b’mod negattiv lill-industrija turistika f’Għawdex. Filwaqt li b’mod ġenerali jista’ jingħad li l-baġit hu wieħed pożittiv, jinħtieġ li jkun hemm kjarifika ċara dwar il-liċenzji tas-swimming pools, qalet l-Assoċjazzjoni għat-Turiżmu f’Għawdex (GTA).
Il-GTA qalet li tħoss li d-diskors ma għamilhiex ċara jekk din iż-żieda tapplikax għas-swimming pools domestiċi jew għal dawk turistiċi. Għawdex jiddependi ħafna mis-settur turistiku b’akkomodazzjoni f’farmhouses li se jkunu effettwati minn din il-miżura.
//= $special ?>