Il-midfileder ta’ Real Madrid Luka Modric jista’ jagħmel perjodu twil barra mil-logħba wara li sofra tiċrita f’koxxtu x-xellugija.
Il-plejer ta’ 29 sena ħareġ mil-logħba tal-Euro 2016 li l-Kroazja lagħbet kontra l-Italja l-Ħadd (1-1) b’dak li għall-ewwel deher problema fil-groin.
Modric u l-Ġermaniż Toni Kroos kienu qed jiffurmaw midfield qawwi għal Real dan l-istaġun imma issa rapporti qed jgħidu li Modric jista’ jagħmel sa tliet xhur barra.
Kroos qal li se jkun diffiċli għal Real li jsibu sostitut bħalu minkejja li l-kowċ Carlo Ancelotti għandu plejers bħal Sami Khedira u Asier Illarramendi li lesti biex jidħlu fl-azzjoni.
“Naħseb li din hi daqqa ta’ ħarta għal Real. Lagħab kważi kull logħba dan l-istaġun u jinsab fil-forma. Se jkun diffiċli li nsibu wieħed floku. Nittamaw li jiritorna malajr,” qal Kroos.
Modric lagħab 10 partiti ma’ Real dan l-istaġun u skorja gowl waqt li Real se jkunu lura fl-azzjoni s-Sibt kontra Eibar bit-tama li jkabbru s-serje pożittiva għal 13-il rebħa konsekuttiva fil-komptizzjonijiet kollha.
//= $special ?>