Lokali

Muscat jerġa’ jigdeb : din id-darba biex jiddefendi lill-Ministru tiegħu

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inqabad jerġa’ jigdeb, din id-darba biex jiddefendi x-xogħol illegali li qed tagħmel il-Ministru tiegħu fuq il-farmhouse tagħha li tinsab mibnija f’żona ODZ.

Joseph Muscat gideb meta qal li l-gaffa li qed tagħmel ix-xogħol fuq il-farmhouse mhix tal-kumpanija tal-Ministru Dalli. Ir-ritratti jgiddbu lil Joseph Muscat.

Il-Ministru ta’ Muscat kienet taf bix-xogħol illegali li qed isir fuq il-farmhouse tagħha:
1. Il-farmhouse hija tagħha
2. Il-gaffa li qed tagħmel ix-xogħol hija tagħha

Bejn il-gideb u l-verità, Muscat jagħżel il-gideb tal-Ministru tiegħu, u jirrepetihom.

Lil Muscat ma tista’ temmnu f’xejn. Qed jinqabad jigdeb fuq kollox.