Baġit 2015 Lokali Saħħa

Proposti li ma saru ebda konsultazzjonijiet dwarhom – MAM

L-Assoċjazzjoni Medika tinsab urtata għall-fatt li fid-diskors tal-Baġit issemmew proposti li ma saru enbda konsultazzjonijiet dwarhom la mal-assoċjazzjoni tat-tobba u lanqas mal-infermiera.

Filwaqt li hu tajjeb li wieġed jara l-eknomija tikber, il-MAM għandha d-dubji tagħha dwar kemm hemm flus ivvutati biex ikunu indirizzati l-problemi eżistenti bħalma hu l-iffullar u l-problema tal-anzjani.

Il-MAM hi mħassba wkoll dwar proposta li semmiet dwar professjonisti biex jgħinu fit-tnaqqis tal-waiting list. Dan jidher li ma jaqbilx mal-ftehim kollettiv. Għall-MAM hi xi ħaġa ġdida dak li semma f’dawn il-jiem li se jkun hemm Ċentri tas-Saħħa li jitmewxxew mill-privat. Sa ftit taż-żmien ilu kien hemm il-faċilita’ ta’ uċu ta’ klinika privata li kull pazjent kien jiswa bejn 80 u 100 ewro filwaqt li pazjent f’ċentru tas-saħħa jiġi jiswa bejn ħamsa u għaxar ewro. Dan ifisser li klinika waħda ġejja tiswa daqs iċ-ċentri tas-saħħa l-oħra kollha f’daqqa.

Il-MAM tħossha urtata li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni magħha.